Aħna nemmnu li kull bniedem għandu d-dritt li jgawdi minn ħsieb liberu u indipendenti. Nemmnu li s-soċjeta tagħna ma tgħinx biżżejjed lill-membri tagħha jiffurmaw ideat u opinjonijiet ibbażati fuq il-ħsieb. Biex ikollok tassew ħsieb liberu trid titgħallem taħseb b'mod kritiku, Il-ħsieb kritiku għandu jiġi mrawwem fina minn ċkunitna, permezz tal-edukazzjoni li nirċievu fl-iskejjel kif ukoll mid-dar. Aħna nixtiequ bidla u nemmnu li biex bħala soċjeta nimxu l-quddiem, hemm bżonn li nimmaturaw fil-mod kif niffurmaw il-ħsibijiet tagħna. Kemm b'mod individwali, iżda wkoll b'mod kollettiv. Pero il-bidla tibda minn kull wieħed u waħda minnha. Irridu nitgħallmu nsiru aktar tolleranti lejn il-ħsibijiet ta’ ħaddieħor u nżommu moħħna miftuħ biex nitgħallmu minn xulxin. Għandna dritt ghall-informazzjoni ibbżata fuq it-trasparenza u r-realta' tal-fatti. Ħadd ma għandu jedd iċahhad lil ħadd minn dan id-dritt fundamentali ta’ kull wieħed u waħda minnha. Ejja ningħaqdu lkoll biex nassiguraw li ngawdu minn dan id-dritt u nieqfu lil min għandu interess li dan id-dritt ma jiġix assigurat u protett. Int għandek dritt li jkollok ħsieb liberu. Din hija l-missjoni tagħna. Dan huwa dak li nemmnu fih.
Copyright © 2022 Hsieb - All Rights Reserved.
Powered by GoDaddy